STORJA FIL-QOSOR

Il-Football fir-rahal ta’ Birzebbuga beda qabel il-Gwerra, meta n-nies tal-post kienu jmorru fin-nahiet ta’ Kalafrana u Hal-Far, fejn kien hemm stazzjonati r-Royal Navy u r-Royal Air Force u hemmhekk joqoghdu jaraw in-nies tas-Servizzi jilghabu l-loghba tal-Football.  Mhux l-ewwel darba li xi nies mill-lokal kienu jiffurmaw team biex jilghab kontra xi team tas-servizz.

Fost dawn in-nies kien hemm is-Sur Salvu Paris li bl-ghajnuna tas-Sur Vincent Vella, s-Sur Carmelo Izzo, Cikku Cutajar, Joseph Gatt u ohrajn, fl-1934, waqqfu l-ewwel team ufficjali f’Birzebbuga bl-isem ta’ Birzebbuga Hunters.  Dan it-team gie affiljat mall-Malta Football Association u ppartecipa fil-Kampjonat tat-Tielet Divizjoni bl-ewwel loghba ufficjali tkun kontra St. Julians Spurs fit-28 ta’ Ottubru 1934 li Birzebbuga Hunters rebhu 2-1.  Allavolja dan it-team ma kellu ebda success, biss fih konna nsibu players tajbin bhal George Degiorgio, Ganni Carabott, Victor Agius u ohrajn.  Birzebbuga Hunters, li kienu stazzjonati fi Triq Birzebbuga, magenb Triq il-Brolli, damu fil-kampjonat sa l-ahhar ta’ l-istagun 1938/39 meta sfortunatament dan il-Club, bhal hafna ohrajn, sfaxxa minhabba l-Gwerra.

Wara l-Gwerra gie mwaqqaf team iehor f’Birzebbuga, il-Birzebbuga United, li fl-istagun 1944/45 ha sehem fl-Associates Members League.  Fl-istagun ta’ wara dan it-team ma ramax u minfloku, fl-1946, deher ghall-ewwel darba it-team ta’ Birzebbuga St. Peter’s, dakinhar bl-isem ta St Peter’s F.C.

Info

Address:

Il-Bajja s-Sabiha Birzebbuga

GPS:

35.8260952, 14.529559500000005

Telephone: