Introduzzjoni:

Isem: Clayton Cassar
Etá: 26
Passatempi: Sajd u Rugby
Ikel favorit: BBQ Rib Eye
Posizzjoni: Software Developer
Universitá/Kulleġġ: Universita ta Hertfordshire

 

Insiru nafu aktar lil Clayton Cassar:

Barra r-Rugby x’kienu l-isports l-oħrajn li kont titħareġ fihom?

Meta kont żgħir kont nitħarreġ il-Water Polo u l-Futbol ma’ Birżebbuġa Waterpolo club u Birżebbuġa Windmills Football Clubrispettivament. Aparti dawn li semmejt prattikajt ukollHandball għall tliet snin sħaħ u għal dawn l-aħħar sitt snin qlibt l-isports għal Rugby.

Kif beda l-interess tiegħek għall-logħba tar-Rugby?

Sħabi kienu ħajjruni nibda dan l-isports biex nibqa attiv matul il-waqfa tal-Handball li jkun hemm bejn staġun għal ieħor. Min hemm spiċċajt nibdel id-dixxiplina sportiva għal dik tar-Rugby. Minn dik il-ġurnata qatt l’hemm ma ħarist lura. 

Apparti r-Rugby għandek passatempi oħrajn?

Ir-Rugby jodli ħafna millħin tal-ġima iżda niprova nsib ħin għas-sajd, campings, u anki niprattika xi sports oħrajn.

Kemm hija importanti d-dieta fl-isports li tilgħab inti? Iddiskrivi in-nutrijenti tal-ġurnata tal-logħba?

Dieta tajba hija importanti fermGħall-bidu ma kontx nagħtiha wisq importanza. Iktar kemm tiu l-isportbis-serjeta tifhem il-benefiċċju tiegħu. Tgħallimt li trid tiekol kemm jista jkun affarijet naturali u mhux proċessati, li mhux tajjeb biss għat-taħriġ u biex tilgħab tajjeb, pero anke għassaħħinġenerali. F’perjodu fejn inkun qed nittrenja spiss, niffoka fuq ikel bħal  tiġieġħxejjex u ħut. Dawn kollha fihom ħafna proteini u karboidrati bil-qies sabiex lirkupru tal-muskoli mit-taħriġ ikun ta malajr u b’mod effetiv. Għall-ġurnata tal-loba nibda nipprepara minġurnata qabel, li jinkludi ħafna ilma sabiex tkun hydrated tajjeb. Apparti l-ilma niekol affarijiet ħfief bħal nejdu aħna ċerejali jew frott.

Min kien l-iktar persuna li ispiratek fil-karriera tiegħek?

Bla dubju kien il-kowċ tan-nazzjonal Damien Neil li juri passjoni kbira fil-logħba. Il-kowċ kien jilgħab livell għoli tar-Rugby barra min Malta  pero sfortunatament il-karriera spiċċatlu kmieni. Minn għand il-kowċ imsemmi hawn fuq tgħallimt ħafna kemm fuq id-dixxiplina tar-Rugby kif ukoll fil-valuri.

Jekk il-ġurnata tal-logħob tkun is-Sibt, kif tkun imqassma l-ġimgħa ta’ taħriġ?

Normalment il-logħob ikunu nhar ta’ Sibt. Ilima tkun imqasma hekk, it-Tnejn u l-Erba taħriġ ta’ nazzjonal. It-Tlieta u il-Ħamis taħrig tal-club li ddum madwar siegħa u nofs kull sezzjoni. Meta tkun qed toqrob il-logħba tan-nazzjonal, inżid darbtejn fil-ġima sezzjoniet il-Gym qabel it-taħriġ jew filgħodu. Il-ġimgħa u il-Ħadd ikunu jiem ta rekupru u mistrieħ!

Wara li ttemm il-karriera tiegħek bħala plejer tar-Rugby għandek interess li tibda tikkowċja?

Sa ftit żmien ilu ma kelliex il-ħsieb li nibda nikowċja, pero ġietni l-opportunitá li għall-ewwel darba ser nikkowċja bl-assistenza tażewġ kowċis oħra lit-tfal ta Birżebbuġa. Bis-saħħa tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u l-assoċjazzjoni tar-Rugby, intlaħħaq ftehim, sabiex nibdew forma ta’ akkademja tar-Rugby fil-lokalitá tagħna. Nisperaw li ikun hemm attendenza tajba, sabiex forsi xi darba niftħklabb tar-Rugby fir-raħal tagħna.

Liema huwa l-isbah mumenti tal-karriera tiegħek s’issa?

L-isbaħ mumenti ikunu żgur waqt il-logħob tan-nazzjonal. Dawk l-emozzjonijiet ta’ qabel il-logħba quddiem ilfolla tan-nies kif ukoll waqt il-kant ta l-innu Malti. Mumenti li żgur li ma ninsijhom qatt u kull darba li nsemmihom iqabduni il-bard. Trid tgħaddi minn din l-esperjenza biex tifhem, li wara dak it-taħrig jirnexxielek tintażel u tirrapreáenta lil pajjiżek …. imprezzabli!

X’parir tagħti lit-tfal u żgħażagħ biex jibdew jitħarġu għal dan l-isports li qed jikber f’Malta? 

Jien naħseb li jekk xi ħadd jixtieq jipprova sports ġdid fejn tamel ħafna hbieb, tesperjenza sports sabiħ bi sfidi kbar filwaqt li tiu pjaċir, bla dubju andek tipprova r-Rugby. Wieħed m’għandux ikun impressjonat bil-logħob tar-Rugby li naraw fuq it televjoni. Dak huwa livelprofessjonali minn ta pajjiżna u mhux se tesperjenza dik lintensitá. Fil-kas tat-tfal, il-logħob ikun kollu ‘tag’ rugby fejn kuntat bejn it-tfal ikun minimu. Nissuġerilhom jibdew ir-Rugby l-iskola jew fil-komunitá sabiex jifhmu iktar il-loba u jekk jitħajru jistgħu jinaqdu ma club.

Info

Address:

-

Telephone:

-

Email:

-

Web:

-