Introduzzjoni

Isem: Mario Dalli
Etá: 48
Passatempi: Il-Mużika, Safar, l-Għawm, il-Qari
Ikel favorit: Il-Fenek  u ikel Ċiniż
Posizzjoni:   Senior Operator fi Sezzjoni tal-Ġenerazzjoni tal-Eletriku, Enemalta.
Universitá/Kulleġġ:  Skola Secondarja San Ġuzepp  Raħal Ġdid u wara Erbgħa snin studju “ Technical and Mechanical Engineering  City & Guilds Diploma fil-Istitut Tekniku ta’ Raħal Ġdid

Insiru nafu aktar lil Mario Dalli

Qabel ma sirt referee kont tilgħab il-Waterpolo?  Jekk Iva ta’ liema etá bdejt tilgħab dan l-isports?

Jiena bdejt ngħum u nilgħab il-waterpolo fi 1977 fl-eta’ ta 12 il-sena. Kont nifforma parti mill l-iskwadra tal-għawm ta’ Birżebbuġa ASC, li dak iż-żmien kienet taħt it-tmexxija ta’Sur Frank Mifsud.  L-ewwel esperjenzza tal-waterpolo kienet fil-logħob tal-Inter Leauge li kien jiġi organizzat kemm għal etajiet bejn 12 u 16 il-sena kif ukoll għall players kbar. Kont nilgħab  waterpolo ma ‘ Birżebbuġa ASC u wara għamilt żewg staġuni nilgħab ma’ Marsaxlokk ASC.

 

Meta bdejt tirrefja? Għidilna iktar fid-dettal xi esperjenzi tal-passat.

Bdejt nirrefja fis- sajf ta’ 1989 grazzi għall-ħajra u inkoraġiment tas-sur Stephen Rizzo, li dak iż-żmien kien il-Coach Nazzjonali tal-waterpolo. L-ewwel logħbiet li irrefjajt kienu tal-age groups (under 14, 16 u 18) fil-pixxina Nazzonali ta’ Marsascala kif ukoll fil-Clubs. Dak iż-zmien il-logħob ta’ age groups kien jiġi ikkontrollat minn referee wieħed u għalura kien iktar difficli.

 

Għandek xi tournament favorit tiegħek jew xi event li inti rrefjajt?

Tul il-kariera internazzjonali tiegħi kelli ix-xorti li inżur aktar minn 55 pajjiż jew Belt kemm fl-Ewropa kif ukoll fl-Afrika ta’ fuq.
Jien ikkontrollajt lobghiet fil-World Championships, European Championships, European Champions Club competitions u il- LEN Tropy competitions kemm tal-Irgiel kif ukoll ta’Nisa.
L-ewwel esperjenza ta’ logħbiet internazzjonali kienet fl-1994 meta kont qed nirrefja fil-COMEN Cup, f’Zagreb il-Croazja. Niftakar li it-Team Nazzjonali Malti kien qed jieħu sehem ukoll u kienet esperjenza kemm xejn partikolari minħabba l-fatt li dak iż-żmien kienet għadejja il-gwerra tal-Balkani u esperjenzajna mill-qrib dak li kien qed isseħ fl-ex-Yugoslavia.

 

Fl-opinjoni tiegħek x’inhuma r-regoli li bihom l-logħba tal-Waterpolo ħadet spinta l-quddiem? 
a. Il-ħin ta’ tkeċċija temporanja ta’ plejer ġiet imnaqqsa minn 30 sekonda għal-20 sekonda.
b. Id-dritt ta “Shot at Goal “ dirett lejn il-lasta  minn 5 metri wara foul.
ċ. L-Eliminazzjoni kwazi totali tal-“Corner Throw“.
Dan it-tibdil ġab aktar velocita’ fl-għawm u tibdil fil-pusses tal-Ballun.

 

Minn naħa l-oħra x’inhuma r-regoli li bihom l-isports tal-Waterpolo mar lura f’dawn l-aħħar ftit snin ?
L-istaġun li għada l-FINA Technical Waterpolo Committee ħareg set ta’ regolamenti ġodda li sa sena qabel kienu biss struzzjonijiet  jew interpretazzjoniiet ta’ regoli.
Il-Kumitat tekniku tal-Waterpolo ried li jonqos drastikament il-kuntat fiżiku tal-plejerrs waqt il-partiti, li kien qed iwassal għal-logħob statiku quddiem il-lasta, b’hafna tisfir ta’ fouls u logħob aggressiv, li finalment kien qed jagħti reputazzjoni hażina għall-isport tal-waterpolo.

 

Il-Waterpolo f’pajjizna qiegħed jikber? X’jista’ jsir iktar biex il-logħba tal-Waterpolo tkun iktar popolari? 

Iva, il-Waterpolo jibqa’ l-iktar sport popolari fi xhur ta’ sajf, għalkemm dan l-isport qed jiġi pratikat kważi tul ix-xhur kollha ta’ sena.
Jiena nemmen li hemm bżonn li jkollna pixxina ta’ 50 metru magħluqa fejn ikunu jistaw jiġu organizzati kompetizzjonijiet internazzjonali fi xhur ta’ xitwa. Il-fatt li finalment wara hafna taqtieh il-qalb il-pitch tal-waterpolo ta’ Birzebbuga ser jinbena mill-ġdid skond standards professjonali, ser jagħti spinta qawwija lil dan l-isport, kemm għaż-żagħżagħ ta’ Birżebbuġa kif ukoll għax-xlokk ta’ Malta.

 

Min kien l-iktar persuna li ispiratek fil-karriera tiegħek?
Bħall ma diga semmejt fil-bidu ta’ din l-intervista, kien is-sur Stephen Rizzo li ħajjarni biex nibda nirrefja. Jien kont nistudja ir-regolamenti u l-implimentazzjoni tagħhom miegħu, filwaqt li segwejt sessjonijiet ta’ taħrig ta’ team Nazzjonali ta’ taħt id-dsatax il-sena.
Ma għandniex xi nejdu, r-referees stabiliti Maltin ta’ dak iz-zmien jiġifieri l-aħħar ta’ snin tmenienijiet u bidu ta’ zmien disgħinijiet.
Kienu ta’għajnuna kbira għalija li għamlu minn kollox biex jintegrawni fil “Fratellanza” ta’ referees.
Wieħed ma’ rridx jinsa li meta bdejt nirrefja jien kelli wieħed u għoxrin sena u r-Referees l-oħra kollha akbar minni.
Persuna oħra li kienet stumentali fl-iżvilupp fil-karriera internazzjonali tiegħi kien is-sur Bertie Muscat. Dan jibqa’ punt ta’ referenza fl-isports tal-waterpolo, mhux biss għalija u l-kollegi tieghi iżda għal-komunita internazzjonali kollha tal-Waterpolo fejn igawdi rispett kbir.

 

X’parir tagħti lit-tfal u liż-zgħazagħ ta’ Birżebbuġa li fil-futur qarib se jkollhom il-Waterpolo pitch bl-aħjar kundizzjonijiet biex jibdew jippratikaw din il-logħba?
Nittama li ż-żgħażagħ Birżebbuġin jieħdu l-opportunita’ li ħafna żgħażagħ oħra Maltin fil-preżent magħandhomx, u jagħmlu użu tajjeb mill-faċilitajiet li l-klabb il-ġdid tal-waterpolo u għawm ser joffri. Bla dubju ta’ xejn is-saħħa fiżika ta’ kull żgħażagħ u żgħażugħa għandu ikun priorita’ fil-ħajja tagħna u għaldaqstant l-għawm u l-waterpolo huma żewġ dixxiplini li jagħtuk saħħa fiżika, saħħa mentali. Barra min hekk l-opportunita’ li tiltaqa ma’ ħafna zgħazagħ f’ambjent ta’ familja u sport kemm lokali kif ukoll internazzjonali.
Aħna li għandna l-lobgha tal-waterpolo għal qalbna nejdu li “ Waterpolo is a way of life “ !

Info

Address:

-

Telephone:

-

Email:

-

Web:

-